Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Wiesbaden, Landgericht Kiel - il-Ġermanja – Stefan Fahnenbrock (C-226/13), Holger Priestoph (C-245/13), Matteo Antonio Priestoph (C-245/13), Pia Antonia Priestoph (C-245/13), Rudolf Reznicek (C-247/13), Hans-Jürgen Kickler (C-578/13), Walther Wöhlk (C-578/13), Zahnärztekammer Schleswig-Holstein Versorgungswerk (C-578/13) vs Hellenische Republik
(Kawżi magħquda C-226/13, C-245/13, C-247/13 u C-578/13) 1
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Notifika ta’ atti ġudizzjarji u extraġudizzjarji — Regolament (KE) Nru 1393/2007 — Artikolu 1(1) — Kunċett ta’ ‘kwistjonijiet [materji] ċivili jew kummerċjali’ — Responsabbiltà tal-Istat għall-‘acta iure imperii’)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qrati tar-rinviju
Landgericht Wiesbaden, Landgericht Kiel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Stefan Fahnenbrock (C-226/13), Holger Priestoph (C-245/13), Matteo Antonio Priestoph (C-245/13), Pia Antonia Priestoph (C-245/13), Rudolf Reznicek (C-247/13), Hans-Jürgen Kickler (C-578/13), Walther Wöhlk (C-578/13), Zahnärztekammer Schleswig-Holstein Versorgungswerk (C-578/13)
Konvenuta: Hellenische Republik
Dispożittiv
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz [in-notifika] fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet [f’materji] ċivili jew kummerċjali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjonijiet ġudizzjarji għal kumpens għal molestja fil-pussess jew fil-proprjetà, għal eżekuzzjoni kuntrattwali u għad-danni, bħal dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, ippreżentati minn persuni privati, detenturi ta’ bonds tal-Istat, kontra l-Istat li ħariġhom, jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament sa fejn ma jidhirx li ma jaqgħux manifestament taħt materji ċivili jew kummerċjali.
____________1 ĠU C 215, 27.7.2013 ĠU C 24, 25.1.2014.