Language of document :

Appell ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2014 minn Alvaro Sesma Merino mis-sentenza mogħtija fil-11 ta Diċembru 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-125/12, Sesma Merino vs UASI

(Kawża T-127/14 P)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Alvaro Sesma Merino (El Campello, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla kollha kemm hi s-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tal-11 ta’ Diċembru 2013, fil-Kawża F-125/12 u tilqa’ t-talbiet imressqa mill-appellant fl-imsemmija kawża;

sussidjarjament: wara l-annullament tas-sentenza ċċitata iktar ’il fuq, tirrinvija l-proċedura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea;

tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni (appraisal report) tal-appellant għas-sena 2011 fil-verżjoni tiegħu tal-1 ta’ Frar 2012, kif ukoll il-posta elettronika tal-konvenut tat-2 ta’ Frar 2012 mibgħuta rispettivament fis-14.51 u fit-15.49, sa fejn huma jiffissaw l-għanijiet tal-UASI għall-appellant għall-perijodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2011 u t-30 ta’ Settembru 2012;

tikkundanna lill-UASI jħallas lill-appellant kumpens ta’ ammont xieraq, li jitħalla sabiex jiġi evalwat minn din il-qorti, għad-danni morali u immaterjali sostnuti minnu;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura kollha – kemm il-proċedura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-proċedura ta’ appell quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tliet aggravji.

L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal

L-appellant isostni li, bil-kontra tal-pożizzjoni difiża fis-sentenza appellata, l-iffissar ta’ għanijiet jista’ jaffettwa direttament u individwalment is-sitwazzjoni legali tal-persuna kkonċernata u jista’ jaffettwa direttament sitwazzjoni legali speċifika.

F’dan ir-rigward, l-appellant jindika fost l-oħrajn li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sempliċement eżamina jekk l-iffissar ta’ għanijiet kienx jipproduċi effetti legali obbligatorji għall-evalwazzjoni futura tal-uffiċjal, minflok ma eżamina jekk l-iffissar ta’ għanijiet kienx jipproduċi minnu nnifsu effetti legali obbligatorji għall-apellant, f’liema każ kellu fi kwalunkwe każ jirrispondi fl-affermattiv. L-appellant jikkritika lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku talli ħallat l-iffissar ta’ għanijiet u l-evalwazzjoni tal-appellant. Minbarra dan, imur kontra d-dmir ta’ diliġenza u l-prinċipju ta’ proporzjonalità, u għaldaqstant kontra l-prinċipju ta’ stat tad-dritt, li l-uffiċjal ikollu jbati sena sħiħa ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol eventwalment inaċċettabli, mingħajr ma seta’ jaġixxi direttament kontrihom.It-tieni aggravju bbażat fuq ksur tad-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva skont l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet FundamentaliL-appellant jilmenta bi ksur tad-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva minħabba l-assenza ta’ eżami fuq il-mertu. Huwa jindika li lmenta bi ksur ta’ drittijiet fundamentali oħra u jsostni li tali ksur jikkostitwixxi f’kull każ att li jikkawża preġudizzju fis-sens tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.It-tielet aggravju bbażat fuq ksur tal-liġijiet tal-loġikaL-appellant hawnhekk isostni li l-kunsiderazzjoni tal-iffissar ta’ għanijiet bħala sempliċi miżura preparatorja għall-evalwazzjoni tikkostitwixxi ksur tal-liġijiet tal-loġika.L-istess jgħodd għad-dikjarazzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li tgħid li ffissar ta’ għanijiet jista’, taħt ċerti kundizzjonijiet, jitqies bħala att li jikkawża preġudizzju fis-sens tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal. Preċiżament l-eżami ta’ dawn il-kundizzjonijiet jikkostitwixxi madankollu eżami tal-fondatezza. It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jirrikonoxxi b’dan il-mod il-ħtieġa ta’ possibbiltà ta’ protezzjoni ġuridika, li madankollu hu

wa mbagħad jirrifjuta – b’mod illoġiku – minħabba inammissibbiltà.