Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2018 – Daimler vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-128/14) 1

(“Aċċes għad-dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti relatati mal-proċedura mibdija skont l-Artikolu 29 tad Direttiva 2007/46/KE li jippermetti lil Stat Membru jirrifjuta r reġistrazzjoni ta’ vetturi li jippreżentaw riskju serju għas-sigurtà stradali, jew huma ta’ dannu gravi għall-ambjent jew għas-saħħa pubblika – Rifjut ta’ aċċess – Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni ta’ spezzjonijiet, investigazzjoni u verifiki – Preżunzjoni ġenerali – Konvenzjoni ta’ Aarhus – Rifjut ta’ aċċess għall-fajl – Artikolu 41 tal Karta tad-Drittijiet Fundamentali”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Daimler AG (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Arhold, B. Schirmer u N. Wimmer, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Clotuche-Duvieusart, sussegwentement G. Wilms u F. Clotuche-Duvieusart u finalment H. Krämer u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti, assistiti inizjalment minn R. Van der Hout, sussegwentement minn R. Van der Hout u C. Wagner, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Simm u A. Jensen, aġenti), Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz u L. Visaggio, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares(2013) 3715941, tat-13 ta’ Diċembru 2013, li tirrifjuta li tagħti aċċess lir-rikorrenti għad-dokumenti relatati mal-proċedura mibdija mir-Repubblika Franċiża skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, li tistabbilixxi kwadru [qafas] għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (direttiva qafas) (ĠU 2007, L 263, p. 1).

Dispożittiv

Id-deċiżjoni Ares(2013) 3715941 tal-Kummissjoni Ewropea, tat-13 ta’ Diċembru 2013, li tirrifjuta li tagħti aċċess lil-Daimler AG għad-dokumenti relatati mal-proċedura mibdija mir-Repubblika Franċiża skont l-Artikolu 29 tad Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, li tistabbilixxi kwadru [qafas] għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (direttiva qafas) hija annullata.

Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti minn Daimler AG.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 151, 19.5.2014