Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Endoceutics vs UASI – Merck (FEMIVIA)

(Kawża T-324/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FEMIVIA – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti FEMIBION – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea tat-trade mark figurattiva preċedenti femibion – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Endoceutics, Inc. (Québec, il-Kanada) (rappreżentant: M. Wahlin, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Merck KGaA (Darmstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Best, U. Pfleghar u S. Schäffner, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ April 2013 (Każ R 1021/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Merck KGaA u Endoceutics, Inc.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Endoceutics, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.