Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2016 – Il-Kummissjoni vs Thales développement et coopération

(Kawża T-326/13)1

[“Klawżola ta’ arbitraġġ Ir-rabau l-ħames programm-kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni Kuntratti li jikkonċernaw proġetti marbuta mal-iddiżinjar u l-iżvilupp ta’ ċelloli tal-karburant bil-metanol dirett – Nullità tal-kuntratt minħabba intenzjoni qarrieqa – Rimbors tal-kontribuzzjonijiet finanzjari tal-Unjoni – Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 – Preskrizzjoni – Applikazzjoni tad-dritt Franċiż u Belġjan – Drittijiet tad-difiża Interessi”]

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u B. Conte, aġenti, assistiti minn N. Coutrelis, avukat)

Konvenuta: Thales développement et coopération SAS (Vélizy Villacoublay, Franza) (rappreżentanti: N. Huc Morel, P. Vanderveeren, L. Defalque, A. Guillerme u 1. Fréal Saison, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex il-Qorti Ġenerali tordna lill-konvenuta tirrimborsa l-kontribuzzjonijiet finanzjari kollha mħallsa mill-Kummissjoni lill-predeċessur legali tagħha, miżjuda bl-interessi, fil-kuntest tal-kuntratt JOE3-CT-97-0063 li jaqa’ taħt ir-raba’ programm-kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (1994-1998), stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1110/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ April 1994 (ĠU 1994, L 126, p. 1), u fil-kuntest tal-kuntratt ENK6-CT-2000-00315 li jaqa’ taħt il-ħames programm-kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (1998-2002), stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 182/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Diċembru 1994 (ĠU 1999, L 26, p. 1).

Dispożittiv

Thales développement et coopération SAS hija ordnata tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea is-somom imħallsa lil predeċessur legali tagħha in eżekuzzjoni tal-kuntratt JOE3-CT-97-0063, li jaqa’ taħt ir-raba’ programm-kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (1994-1998), stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1110/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ April 1994 (ĠU 1994, L 126, p. 1), li jidhru hawn taħt:

is-somma ta’ EUR 162 195.79, miżjuda bl-interessi legali previsti mid-dritt Franċiż, ikkalkulati fuq il-perijodu ta’ bejn id-data li din tħallset sad-data tar-rimbors sħiħ tagħha;

is-somma ta’ EUR 179 201, miżjuda bl-interessi legali previsti mid-dritt Franċiż, ikkalkulati fuq il-perijodu ta’ bejn id-data li din tħallset sad-data tar-rimbors sħiħ tagħha;

is-somma ta’ EUR 167 612.49, miżjuda bl-interessi legali previsti mid-dritt Franċiż, ikkalkulati fuq il-perijodu ta’ bejn id-data li din tħallset sad-data tar-rimbors sħiħ tagħha;

is-somma ta’ EUR 136 892.29, miżjuda bl-interessi legali previsti mid-dritt Franċiż, ikkalkulati fuq il-perijodu ta’ bejn id-data li din tħallset sad-data tar-rimbors sħiħ tagħha;

is-somma ta’ EUR 54 434.09, miżjuda bl-interessi legali previsti mid-dritt Franċiż, ikkalkulati fuq il-perijodu ta’ bejn id-data li din tħallset sad-data tar-rimbors sħiħ tagħha.

Thales développement et coopération hija ordnata tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea is-somom imħallsa lil predeċessur legali tagħha in eżekuzzjoni tal-kuntratt ENK6-CT-2000-00315, li jaqa’ taħt il-ħames programm-kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (1998-2002), stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 182/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Diċembru 1994 (ĠU 1999, L 26, p. 1), li jidhru hawn taħt:

is-somma ta’ EUR 232 389,04, miżjuda bl-interessi legali previsti mid-dritt Belġjan, ikkalkulati fuq il-perijodu ta’ bejn id-data li din tħallset sad-data tar-rimbors sħiħ tagħha;

is-somma ta’ EUR 218 734,67, miżjuda bl-interessi legali previsti mid-dritt Belġjan, ikkalkulati fuq il-perijodu ta’ bejn id-data li din tħallset sad-data tar-rimbors sħiħ tagħha;

is-somma ta’ EUR 237 504,86, miżjuda bl-interessi legali previsti mid-dritt Belġjan, ikkalkulati fuq il-perijodu ta’ bejn id-data li din tħallset sad-data tar-rimbors sħiħ tagħha;

is-somma ta’ EUR 124 192,86, miżjuda bl-interessi legali previsti mid-dritt Belġjan, ikkalkulati fuq il-perijodu ta’ bejn id-data li din tħallset sad-data tar-rimbors sħiħ tagħha.

Il-Kummissjoni għandha tbati nofs l-ispejjez sostnuti minn Thales développement et coopération.

Thales développement et coopération għandha tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni u nofs l-ispejjeż propji tagħha.

____________

1  ĠU C 298, 12.10.2013.