Language of document : ECLI:EU:T:2009:296





Sentenza tal‑Qorti tal‑Prim’Istanza (It‑Tieni Awla) tat‑2 ta’ Settembru 2009 – El Morabit vs Il‑Kunsill

(Kawżi magħquda T‑37/07 u T‑323/07)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi fil‑kuntest tal‑ġlieda kontra t‑terroriżmu – Iffriżar ta’ fondi – Lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet – Rikors għal annullament”

1.                     Dritt Komunitarju ‑ Prinċipji ‑ Drittijiet fundamentali ‑ Preżunzjoni ta’ innoċenza ‑ Deċiżjoni kawtelatorja ta’ ffriżar ta’ fondi meħuda fil‑konfront ta’ persuna ssuspettata li wettqet attivitajiet terroristiċi ‑ Kompatibbiltà mal‑imsemmi prinċipju ‑ Kundizzjonijiet (Pożizzjoni komuni tal‑Kunsill 2001/931, Artikolu 1(4); Regolament tal‑Kunsill Nru 2580/2001, Artikolu 2(3)) (ara l‑punti 40‑47)

2.                     Dritt Komunitarju ‑ Prinċipji ‑ Drittijiet fundamentali ‑ Restrizzjonijiet fuq l‑eżerċizzju tad‑drittijiet fundamentali ġġustifikati mill‑interess ġenerali ‑ Ġlieda kontra t‑theddida għall‑paċi u għas‑sigurtà internazzjonali (Pożizzjoni komuni tal‑Kunsill 2001/931, Artikolu 1(4); Regolament tal‑Kunsill Nru 2580/2001) (ara l‑punti 52, 59‑63)

Suġġett

Talba għall‑annullament parzjali, minn naħa, tad‑Deċiżjoni tal‑Kunsill 2007/445/KE, tat‑28 ta’ Ġunju 2007, li timplimenta l‑Artikolu 2(3) tar‑Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil‑għan li jiġi miġġieled it‑terroriżmu u li tirrevoka d‑Deċiżjonijiet 2006/379/KE u 2006/1008/KE (ĠU L 169, p. 58), u min‑naħa l‑oħra, id‑Deċiżjoni tal‑Kunsill 2006/1008/KE, tal‑21 ta’ Diċembru 2006, li timplimenta l‑Artikolu 2(3) tar‑Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil‑għan li jiġi miġġieled it‑terroriżmu (ĠU L 200M, p. 532), sa fejn l‑isem tar‑rikorrent jidher fil‑lista tal‑persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw dawn id‑dispożizzjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir‑rikors huwa miċħud.

2)

Mohamed El Morabit huwa kkundannat ibati, barra l‑ispejjeż tiegħu, l‑ispejjeż tal‑Kunsill.

3)

Il‑Kummissjoni tal‑Komunitajiet Ewropej u r‑Renju tal‑Pajjiżi l‑Baxxi għandhom ibatu l‑ispejjeż rispettivi tagħhom.