Language of document : ECLI:EU:T:2011:210





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011 – Il‑Kummissjoni vs New Acoustic Music Association u Hildibrandsdottir

(Kawża T‑464/09)

“Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratt għal għajnuna finanzjarja konkluż fil-kuntest tal-programm-qafas ‘Culture 2000’ – Implementazzjoni tal-proġett ‘European Music Roadwork’ – Assenza ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt – Rimbors tas-somom imħallsa bil-quddiem – Inammissibilta’ parzjali tar-rikors – Proċedura fil-kontumaċja – Għajnuna legali”

1.                     Proċedura – Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratt konkluż bejn il-Kummissjoni u partenarjat irregolat taħt id-dritt tal-Ingilterra u ta’ Wales, li ma huwiex persuna ġuridika – Rikors tal-Kummissjoni kontra l-partenarjat bħal tali – Inammissibbiltà tar-rikors (Artikolu 238 KE) (ara l-punti 50-53)

2.                     Proċedura – Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratt konkluż bejn il-Kummissjoni u partenarjat għall-implementazzjoni ta’ proġett fil-kuntest tal-programm-qafas Culture 2000 – Assenza ta’ osservanza tal-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt – Preżentazzjoni ta’ fatturi mhux validi – Rimbors tal-ammonti miġbura indebitament, flimkien mal-interessi moratorji (Artikolu 238 KE) (ara l-punti 58-71)

Suġġett

Talba tal-Kummissjoni, fuq il-bażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ fis-sens tal-Artikolu 238 KE, intiża sabiex New Acoustic Music Association u A. Hildur Hildibrandsdottir jiġu kkundannati jħallsu lura lilha parti mis-somma mħallsa bil-quddiem kif ukoll l-interessi moratorji għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt Nru 2003-1895/001-001, għall-implementazzjoni tal-proġett “CLT2003/A1/GB-317 - European Music Roadwork”, fil-kuntest tal-programm-qafas “Culture 2000”, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 508/2000/KE, tal-14 ta’ Frar 2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 16, Vol. 1, P. 97).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa inammissibli sa fejn huwa dirett kontra New Acoustic Music Association.

2)

A. Hildur Hildibrandsdottir, bħala membru tal-partenarjat New Acoustic Music Association, hija kkundannata tħallas lura, lill-Kummissjoni Ewropea, is-somma ta’ EUR 31 136.23, flimkien mal-interessi moratorji b’rata ta’ 7.7 % fis-sena, mill-4 ta’ Jannar 2008 sakemm id-dejn jitħallas lura kompletament.

3)

A. Hildur Hildibrandsdottir hija kkundannata għall-ispejjeż.

4)

It-talba għal għajnuna legali ta’ A. Hildur Hildibrandsdottir hija miċħuda.