Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta' Novembru 2009 - Comercial Losan vs UASI     - McDonald's International Property (Mc. Baby)

(Kawża T-466/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Comercial Losan, SLU (Zaragoza, Spanja) (rappreżentant: A. Vela Ballesteros, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: McDonald's International Property Co. Ltd (Delaware, l-Istati Uniti).

Talbiet tar-rikorrenti

Tilqa' r-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell, tal-1 ta' Settembru 2009, Każ R 1706/2008-1 Mc. Baby/Mc Kids dwar il-proċedimenti ta' oppożizzjoni Nru B 1049362 (Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja 4.441.393), li tilqa' l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark, u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva li fiha l-element verbali "Mc. Baby" (Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 4.741.393), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 35 u 39.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: McDonald's International Property Company Ltd.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark figurattiva Komunitarja li fiha l-element verbali "McKids" (trade mark Nru 3.207.354), għal prodotti fil-klassijiet 16, 25 u 28; trade mark verbali Komunitarja "McDONALD'S" (trade mark Nru 62.497), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 28, 29, 30, 31, 32, 35, 41 u 42; u trade mark figurattiva Komunitarja li fiha l-element verbali "McDONALD'S" (trade mark Nru 62.521), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 28, 29, 30, 31, 32, 35, 41 u 42.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizjoni milqugħa parzjalment.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ parzjalment.

Motivi invokati: Interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94, issostitwit bir-Regolament Nru 207/2009.

____________