Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Novembru 2009 - Storck vs UASI - RAI (Ragolizia)

(Kawża T-462/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: August Storck KG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Rohr, P. Goldenbaum u T. Melchert, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Radiotelevisione italiana SpA (RAI) (Ruma, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-8 ta' Settembru 2009, fil-Każ R 1779/2008-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż;

fil-każ li l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tintervjeni fil-proċeduri, tikkundannaha għall-ispejjeż rispettivi tagħha.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Ragolizia" għal prodotti fil-klassi 30 (Applikazzjoni Nru 5 201 835)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Radiotelevisione italiana SpA (RAI)

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Komunitarja Nru 4 771 762 "FAVOLIZIA"

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 1 peress li m'hemmx probabbiltà ta' konfuzjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)