Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Lulju 2008 - L-Awstrija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-281/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika ta' l-Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' April 2008, C (2008) 1625 finali, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 56/2006 (ex NN 77/2006) mogħtija mill-Awstrija favur il-privatizzazzjoni tal-Bank Burgenland;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti topponi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 1625 finali, tat-30 ta' April 2008, li tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mogħtija mill-Awstrija, bi ksur ta' l-Artikolu 88(3) KE, lill-kumpannija ta' assigurazzjoni Grazer Wechselseitige Versicherung AG u lil GW Beteiligungserwerbs- und verwaltungs- GmbH fil-kuntest tal-privatizzazzjoni tal-Hypo Bank Burgenland AG.

Għal dak li jirrigwarda l-motivi tar-rikors, saret referenza għas-sunt tal-motivi tal-Kawża T-268/08, Land Burgenland vs Il-Kummissjoni.

____________