Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Settembru 2011 - Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-298/09) 1

"Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti Komunitarja - Provvista ta' servizzi esterni għal programmi edukattivi - Għoti ta' kuntratt lil diversi offerenti - Klassifikazzjoni ta' offerent - Rikors għal annullament - Obbligu ta' motivazzjoni - Kawżi ta' esklużjoni mill-parteċipazzjoni fil-proċedura għall-għoti ta' kuntratt - Artikolu 93(1)(f) tar-Regolament Finanzjarju - Perijodu ta' validità tal-offerti - Responsabbiltà mhux kuntrattwali"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Bambara u E. Manhaeve, aġenti, assistiti minn P. Wytinck, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament taż-żewġ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, ikkomunikati permezz ta' żewġ ittri distinti tat-12 ta' Mejju 2009, li jikklassifikaw lir-rikorrenti, għall-offerti tagħha li ppreżentat b'risposta għas-sejħa għall-offerti pubbliċi EAC/01/2008 għall-provvista ta' servizzi esterni ta' programmi edukattivi (ESP-ISEP) (ĠU 2008/S 158-212752), għal-lott Nru 1 (Żvilupp u manutenzjoni tas-sistemi tal-informatika) kif ukoll għal-lott Nru 2 (Studji u testijiet tas-sistemi tal-informatika u servizzi ta' taħriġ u ta' assistenza konnessi), bħala t-tieni kontraenti għal kull wieħed minn dawn il-lottijiet u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 233, 26.09.2009.