Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Awwissu 2009 - Audi u Volkswagen vs UASI (TDI)

(Kawża T-318/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Audi AG (Ingolstadt, il-Ġermanja), Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Kather, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-14 ta' Mejju 2009, fil-Każ R 226/2007-1;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "TDI" għal prodotti fil-klassi 12 (Applikazzjoni Nru 3 179 058)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 , peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għandha l-karattru distintiv meħtieġ li nkiseb bl-użu tagħha;

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għandha l-karattru distintiv meħtieġ;

ksur tal-ewwel frażi tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li l-konvenut naqas milli jaċċetta l-proposta għal provi mressqa mir-rikorrenti;

ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009 L 78 p. 1).