Language of document : ECLI:EU:T:2012:49





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Frar 2012 — skytron energy vs UASI (arraybox)

(Kawża T-321/09)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali arraybox — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 20-22, 36)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 1680/2008‑1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali arraybox bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

skytron energy GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.