Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2024 – DB et vs Il-Parlament
(Kawża T-152/24)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: DB, DC u DD (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni tal-25 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-avviż li jiffissa d-drittijiet għall-pensjoni ta’ DB;
tannulla d-deċiżjoni tal-4 ta’ Lulju 2023 li tiċħad it-talbiet imressqa fit-13 ta’ Marzu 2023 minn DC u fl-4 ta’ Mejju 2023 minn DD;
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw motiv prinċipali u motiv sussidjarju li huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-131/21, CR vs Il-Kummissjoni.
____________