Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2024 – CV vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-146/24)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: CV (rappreżentant: F. Moyse, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni tal-15 ta’ Diċembru 2023 u, sa fejn neċessarju, id-deċiżjoni tad-9 ta’ Awwissu 2023, li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet l-għoti ta’ allowance tal-familja [lir-rikorrent];
konsegwentement, tirrikonoxxi [lir-rikorrent] id-dritt ta’ allowance tal-familja skont l-Artikolu 1 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal;
fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
Ksur tal-Artikolu 2(4) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal 1 .
Ksur tal-Artikolu 1(2)(d) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal flimkien ma’ ksur tal-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea 1 .
____________
1 Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta’ Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU 1962, 45, p. 1385).
1 ĠU 2012, C 326, p. 391.