Language of document : ECLI:EU:T:2011:650





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2011 – Elliniki Nafpigokataskevastiki et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-384/08)

“Għajnuna mill-Istat – Kostruzzjoni ta’ bastimenti – Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Griegi taħt forma ta’ garanzija ta’ kumpens – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Imputabbiltà lill-Istat – Riżorsi tal-Istat – Kriterju ta’ investitur privat”

1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Kunċett - Għajnuna mogħtija minn impriża pubblika - Impriża kkontrollata mill-Istat - Imputabbiltà awtomatika lill-Istat tal-miżura ta’ għajnuna - Esklużjoni - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ numru ta’ indizji (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 50-54, 63-69)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Kunċett - Garanzija mogħtija mill-Istat - Inklużjoni - Assenza ta’ użu immedjat u ċert tar-riżorsi tal-Istat - Assenza ta’ effett (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 89, 90)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/610/KE, tat-2 ta’ Lulju 2008, dwar il-miżuri C 16/04 (ex NN 29/04, CP 71/2002 u CP 133/05) implimentati mill-Greċja favur it-tarznari elleniċi (ĠU 2009, L 225, p. 104).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Elliniki Nafpigokataskevastiki AE Chartofylakeiou, Howaldtswerke-Deutsche Werft GmbH u ThyssenKrupp Marine Systems AG huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Trapeza Peiraios AE.