Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' April 2009 - New Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-383/08)1

("Inammissibbiltà formali tar-rikors - Isem ir-rikorrenti - Persuna ġuridika skont id-dritt privat - Awtorizzazzjoni - Inammissibbiltà manifesta - Intervent")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: New Europe (Brussell, Il-Belġju) (rappreżentant: A.-M. Alamanou, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata permezz ta' ittra tat-2 ta' Lulju 2008, li tirrifjuta li tikkomunika lir-rikorrenti l-ismijiet tal-kumpanniji u tal-persuni ċċitati fid-dokumenti żvelati mill-Kummissjoni relatati mal-kawża "Eximo".

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

3)    M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-intervent ippreżentata mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

____________

1 - ĠU C 301 22.11.2008.