Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Settembru 2008 - Nadine Trautwein Rolf Trautwein vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' kelb)

(Kawża T-385/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Nadine Trautwein Rolf Trautwein GbR, Research Development (Leopoldshöhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Czychowski, A. Nordemann u A. Dustmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta' Ġunju 2008 fil-Każ R 1734/2007-1 u d-deċiżjoni tal-eżaminatur tal-25 ta' Settembru 2007, sa fejn l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4829321 ġiet imċaħħda mill-protezzjoni għall-prodotti "Prodotti tal-ġilda li jaqgħu fil-klassi 18; Basktijiet tal-idejn" tal-klassi 18 u "Għalf/ikel tal-annimali u xorb għall-annimali tad-dar" tal-klassi 31. L-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4829321 għandha tiġi ppubblikata anki fir-rigward ta' dawn il-prodotti.

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: rappreżentazzjoni ta' kelb fir-rigward ta' prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 31 - Applikazzjoni Nru 4 829 321

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata fir-rigward ta' "Oġġetti tal-ilbies u żraben kif ukoll għata tar-ras; Ċinturini" tal-klassi 25

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 sa fejn it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni la hija indikazzjoni direttament deskrittiva u lanqas ma hija indikazzjoni esklużivament deskrittiva, u sa fejn hija għandha l-karattru distintiv meħtieġ.

____________