Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Lulju 2010 - Trautwein vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' żiemel)

(Kawża T-386/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta żiemel - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Nadine Trautwein Rolf Trautwein GbR, Research u Development (Leopoldshöhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Czychowski, A. Nordemann et A. Dustmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta' Lulju 2008 (Każ R 1730/2007-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' sinjal figurattiv li jirrappreżenta żiemel bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Nadine Trautwein Rolf Trautwein GbR, Research and Development hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 313, 06.12.2008.