Language of document :

Appell ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2023 minn UGA Nutraceuticals Srl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-28 ta’ Ġunju 2023 fil-Kawża T-496/22 – UGA Nutraceuticals vs EUIPO - BASF (OMEGOR VITALITY)

(Kawża C-521/23 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: UGA Nutraceuticals Srl (rappreżentanti: J. Graffer, A. Ottolini u M. Riva, avvocati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Permezz ta’ digriet tal-15 ta’ Diċembru 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla li tiddeċiedi dwar l-ammissibbiltà tal-appelli) iddeċidiet li l-appell ma kienx ammissibbli u li l-appellanti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________