Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Diċembru 2010 - LG Electronics vs UASI (KOMPRESSOR PLUS)
"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali KOMPRESOR PLUS - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Séoul, il-Korea t'Isfel) (rappreżentant: J. Blanchard, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliar-Monguiral, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta' Settembru 2009 (Każ R 397/2009-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali KOMPRESSOR PLUS bħala trade mark Kommunitarja.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
LG Electronics, Inc. għandha tbati l-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 37, 13.02.2010.