Rikors ippreżentat fis-7 ta' Diċembru 2009 - LG Electronics vs UASI (KOMPRESSOR PLUS)
(Kawża T-497/09)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Seul, ir-Repubblika tal-Korea t'Isfel) (rappreżentanti: J. Blanchard, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
tiddikjara u tiddeċiedi li dan ir-rikors huwa ammissibbli.
tannulla parzjalment id-deċiżjoni mogħtija fit-23 ta' Settembru 2009 mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI inkwantu ċaħdet parzjalment l-appell ippreżentat mill-kumpannija LG ELECTRONICS kontra d-deċiżjoni tal-5 ta' Frar 2009 li tirrifjuta l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 282 924 sa fejn din tindika l-"ħuvers";
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali "KOMPRESSOR PLUS" għall-prodotti fil-klassi 7 (Applikazzjoni Nru 7 282 924)
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud parzjalment
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja
____________