Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bucureşti – ir-Rumanija) – Cabinet de avocat UR vs Administraţia Sector 3 a Finanţelor Publice prin Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti, Administraţia Sector 3 a Finanţelor Publice, MJ, NK

(Kawża C-424/19) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2006/112/KE – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Artikolu 9(1) – Kunċett ta’ “persuna taxxabbli” – Persuna li teżerċita l-professjoni ta’ avukat – Deċiżjoni ġudizzjarja definittiva – Prinċipju tal-awtorità ta’ res judicata – Portata ta’ dan il-prinċipju fl-ipoteżi fejn din id-deċiżjoni tkun inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Cabinet de avocat UR

Konvenuti: Administraţia Sector 3 a Finanţelor Publice prin Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti, Administraţia Sector 3 a Finanţelor Publice, MJ, NK

Dispożittiv

L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li teżerċita l-professjoni ta’ avukat għandha titqies bħala “persuna taxxabbli”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi li, fil-kuntest ta’ tilwima dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), qorti nazzjonali tapplika l-prinċipju tal-awtorità ta’ res judicata, meta din it-tilwima la tirrigwarda perijodu ta’ tassazzjoni identiku għal dak li kien inkwistjoni fit-tilwima li tat lok għad-deċiżjoni ġudizzjarja li għandha din l-awtorità u lanqas ma jkollha l-istess suġġett bħalha, u meta l-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju tostakola t-teħid inkunsiderazzjoni, minn din il-qorti, tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-VAT.

____________

1     ĠU C 288, 26.8.2019.