Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Ġunju 2012 - EGL et vs Il-Kummssijoni

(Kawża T-251/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: EGL et (Houston, l-Istati Uniti), CEVA Freight (UK) Ltd (Ashby de la Zouch, ir-Renju Unit), CEVA Freight Shanghai Ltd (Shanghai, iċ-Ċina) (rappreżentanti: M. Brealey, QC (Queen's Counsel), S. Love, Barrister, M. Pullen, D. Gillespie u R. Fawcett-Feuillette, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummssijoni

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 1959 finali, tat-8 ta' Marzu 2012 fil-Każ COMP/39462 - Freight Forwarding, dwar proċeduri skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, safejn dan jistabbilixxi li r-rikorrenti kienu involuti f'żewġ istanzi ta' ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE, li jikkonsistu fl-hekk imsejjaħ ftehim tas-Sistema ta' Esportazzjoni Ġdida ("SEĠ") u l-ftehim tal-Fattur ta' Aġġustament tal-Valuta ("FAV");

tannulla l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 1959 finali, tat-28 ta' Marzu 2012, safejn jimponi multi fuq ir-rikorrenti jew, sussidjarjament, tnaqqas l-ammont tal-multa, u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tar-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw erba' motivi.

L-ewwel motiv, huwa bbażat fuq il-fatt li l-konvenuta naqset milli tiddefinixxi s-suq rilevanti affettwat mill-Ftehim SEĠ u FAV u għalhekk kisret ir-rekwiżiti essenzjali ta' ċertezza legali. Permezz ta' dan, hija wettqet żball ta' liġi u/jew ta' evalwazzjoni tal-fatti.

It-tieni motiv, huwa ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta naqset milli tistabbilixxi li l-Ftehim SEĠ kellu effett sinjifikattiv fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE. Permezz ta' dan, hija wettqet żball ta' liġi u/jew ta' evalwazzjoni tal-fatti meta ddeċidiet li kien hemm dan l-effett.

It-tielet motiv, huwa bbażat fuq il-fatt li l-konvenuta imponiet multa fir-rigward tal-Ftehim SEĠ meta hija ma kellha l-ebda awtorità li tagħmel dan bħala konsegwenza tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 141/62 2 kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3975/87 . F'dan is-sens id-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn nuqqas ta' fondatezza u/jew żball ta' liġi.

Ir-raba' motiv, huwa bbażat fuq il-fatt li l-konvenuta, wara li b'mod żbaljat tat immunità lid-Deutsche Post, fir-rigward tal-Ftehim FAV, naqset milli tirrikonoxxi adegwatament il-valur intrinsiku tal-provi prodotti mir-rikorrenti fir-rikors tagħhom għal immunità/klemenza fir-rigward tal-każ tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Ftehim FAV.

____________

1 - Regulation No 141 of the Council exempting transport from the application of Council Regulation No 17 (OJ 1962 124, p. 2751)

2 - Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3975/87 ta' l-14 ta'' Diċembru 1987 li jistabbilixxi l-proċedura għall-applikazzjoni tar-Regoli dwar il-kompetizzjoni għall-impriżi fis-settur tat-trasport bl-ajru (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7 Vol. 1 p. 262)