Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Frar 2016 – EGL et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-251/12) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija internazzjonali bl-ajru – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Iffissar tal-prezzijiet – Sovrataxxi u mekkaniżmi ta’ tarifikazzjoni li għandhom effett fuq il-prezz finali – Definizzjoni tas-suq – Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri – Kooperazzjoni – Immunità parzjali minn multa”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: EGL, Inc. (Houston, l-Istati Uniti), Ceva Freight (UK) Ltd (Ashby de la Zouch, Renju Unit) u Ceva Freight Shanghai Ltd (Shanghai, iċ-Ċina) (rappreżentanti: inizjalment M. Brealey, QC, S. Love, barrister, M. Pullen, D. Gillespie u R. Fawcett Feuillette, solicitors, sussegwentement M. Brealey, S. Love, M. Pullen, R. Fawcett Feuillette u M. Boles, solicitors, u finalment M. Brealy u M. Pullen)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropa (rappreżentanti: V. Bottka u P. Van Nuffel, aġenti, assistiti minn S. Kingston, barrister)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 1959 finali, tat-28 ta’ Marzu 2012, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39462 – Spedizzjoni tal-merkanzija ), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, jew, talba għal bidla tal-multi li ġew imposti fuqhom fil-kuntest tagħha.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

EGL, Inc., Ceva Freight (UK) Ltd u Ceva Freight Shanghai Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 227, 28.7.2012.