Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fis-7 ta’ Diċembru 2023 – PJ Carroll & Company Ltd u Nicoventures Trading Ltd vs The Minister for Health, l-Irlanda u The Attorney General

(Kawża C-759/23, PJ Carroll u Nicoventures Trading)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PJ Carroll & Company Ltd u Nicoventures Trading Ltd

Konvenuti: The Minister for Health, l-Irlanda u The Attorney General

Domandi preliminari

Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/2100 tad-29 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-irtirar ta’ ċerti eżenzjonijiet fir-rigward tal-prodotti tat-tabakk imsaħħan 1 hija invalida għar-raġuni li teċċedi s-setgħat mogħtija mill-Artikolu 7(12) u mill-Artikolu 11(6) tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE 2 , moqrija fid-dawl tal-Artikolu 290 TFUE u b’teħid inkunsiderazzjoni tal-Artikolu 2(14) u tal-Artikoli 19 u 28 tad-Direttiva 2014/40?

Id-Direttiva Delegata 2022/2100 hija invalida għar-raġuni li l-Kummissjoni ma kellhiex id-dritt tikkonkludi li ma kien hemm l-ebda bidla sostanzjali taċ-ċirkostanzi fis-sens tal-Artikolu 7(12) u/jew ta-Artikolu 11(6) u/jew tal-Artikolu 2(28) tad-Direttiva 2014/40?

____________

1     ĠU 2022, L 283, p. 4, rettifika fil-ĠU 2023, L 188, p. 62.

1     ĠU 2014, L 127, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 150, p. 24.