Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Settembru 2009 - L-Olanda vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-55/07)1

("FAEGG - Taqsima 'Garanzija' - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Sostenn għall-iżvilupp rurali - Miżuri tranżitorji - Kunċett ta' 'infiq multiannwali' - Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 2603/1999")

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: inizjalment H. Sevenster u M. de Grave, sussegwentement M. de Grave, C. Wissels u M. Noort, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. van Rijn u F. Jimeno Fernández, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni 2006/932/KE tal-Kummissjoni, tal-14 ta' Diċembru 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta' Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU L 355, p. 96), safejn din tikkonċerna lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u, b'mod iktar partikolari, il-korrezzjoni finanzjarja applikata għar-rimbors ta' infiq mhux eliġibbli abbażi tat-Taqsima ta' Garanzija tal-FAEGG għall-2002 fl-ammont ta' EUR 5.67 miljuni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 82, 14.04.2009.