Language of document : ECLI:EU:T:2009:297





Digriet tal‑Qorti tal‑Prim’Istanza (Is‑Seba’ Awla) tat‑2 ta’ Settembru 2009 – E.ON Ruhrgas u E.ON Földgáz Trade vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑57/07)

“Rikors għal annullament – Kompetizzjoni – Konċentrazzjonijiet – Deċiżjoni li tiddikjara l‑konċentrazzjoni kompatibbli mas‑suq komuni – Impenji – Ittri tal‑Kummissjoni dwar l‑impenji – Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati – Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament ‑ Atti li jistgħu jiġu kkontestati ‑ Kunċett ‑ Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti ‑ Ittra mibgħuta minn istituzzjoni ‑ Ittra li sempliċement tinterpreta test leġiżlattiv ‑ Esklużjoni (Artikolu 230 KE) (ara l‑punti 30‑51)

Suġġett

Talba għall‑annullament tad‑deċiżjonijiet li allegatament jinsabu fl‑ittri tal‑Kummissjoni tad‑19 ta’ Diċembru 2006 u tas‑16 ta’ Jannar 2007 dwar l‑impenji meħuda minn E.ON Ruhrgas International AG, imsemmija fl‑Artikolu 3 tad‑deċiżjoni tal‑Kummissjoni, tal‑21 ta’ Diċembru 2005, li permezz tagħha din tal‑aħħar iddikjarat konċentrazzjoni kompatibbli mas‑suq komuni u mal‑Ftehim dwar iż‑ŻEE (Każ COMP/M.3696 – E.ON/MOL).

Dispożittiv

1)     Ir‑rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)     E.ON Ruhrgas International AG u E.ON Földgáz Trade Zrt għandhom ibatu l‑ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill‑Kummissjoni tal‑Komunitajiet Ewropej.