Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2023 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-826/14) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Skema ta’ għajnuna implimentata minn Spanja – Tnaqqis tat-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi fiskalment iddomiċiljati fi Spanja jamortizzaw l-avvjament riżultanti mill-akkwist ta’ azzjonijiet indiretti f’impriżi barranin permezz ta’ akkwist ta’ azzjonijiet diretti f’ kumpanniji holdings barranin – Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tal-għajnuna mħallsa – Deċiżjoni 2011/5/KE – Deċiżjoni 2011/282/UE – Kamp ta’ applikazzjoni – Irtirar ta’ att – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: I. Herranz Elizalde u A. Gavela Llopis, aġenti)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Němečková, B. Stromsky u C. Urraca Caviedes, aġenti, assistiti minn M. J. Segura Catalán, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-Renju ta’ Spanja jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/314 tal-15 ta’ Ottubru 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35550 (13/C) (ex 13/NN) (ex 12/CP) implimentata minn Spanja – Skema għall-amortizzazzjoni tat-taxxa ta’ avvjament finanzjarju għall-akkwist ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji barranin (ĠU 2015, L 56, p. 38).

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/314 tal-15 ta’ Ottubru 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35550 (13/C) (ex 13/NN) (ex 12/CP) implimentata minn Spanja – Skema għall-amortizzazzjoni tat-taxxa ta’ avvjament finanzjarju għall-akkwist ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji barranin, hija annullata.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri proviżorji.

____________

1     ĠU C 65, 23.2.2015.