Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta' Mejju 2012 - Vakalis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-317/11 P) 

"Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali - Kalkolu tas-snin tas-servizz pensjonabbli - Dispożizzjonijiet ġenerali ta' eżekuzzjoni - Obbligu ta' motivazzjoni - Prinċipju ta' kontradittorju - Trattament ugwali"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Ioannis Vakalis (Luvinate, L-Italja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-13 ta' April 2011, Vakalis vs Il-Kummissjoni (F-38/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiża għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Ioannis Vakalis għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-istanza preżenti.

____________

1 - ĠU C 282, 24.09.2011.