Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Mejju 2013 - Morelli vs UASI - Associazone nazionale circolo del popolo della libertà u Brambilla (PARTITO DELLA LIBERTA')

(Kawżi T-321/11 u T-322/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċediment ta' oppożizzjoni - Applikazzjonijiet għal trade mark Komunitarja verbali PARTITO DELLA LIBERTA' u għal trade mark Komunitarja figurattiva Partito della Libertà - Isem ta' domain nazzjonali preċedenti 'partitodellaliberta.it' - Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 - Nuqqas ta' prova tal-użu tal-isem ta' domain preċedenti 'partitodellaliberta.it' fil-kors tal-kummerċ"]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Raffaello Morelli (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: G. Brenelli, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Associazone nazionale circolo del popolo della libertà (Milano, l-Italja) (kawża T-321/11); u Michela Vittoria Brambilla (Milano) (Kawża T-322/11) (rappreżentanti: P. Tarchini, G. Sena u C. M. Furlani, avukati)

Suġġett

Rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta' Marzu 2011 (Każijiet R 1303/2010-1 u R 1304/2010-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Raffaello Morelli, minn naħa, u, rispettivament, l-Associazione nazionale circolo del popolo della libertà u Michela Vittoria Brambilla, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)    Il-kawżi T-321/11 u T-322/11 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)    Ir-rikorsi huma miċħuda.

3)    Raffaello Morelli huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 238, 13.8.2011.