Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2012 – ZZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-112/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u S. Orlandi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjonijiet dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni li japplikaw id-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjonijiet ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti skont l-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, akkwiżiti qabel id-dħul fis-servizz tal-Kummissjoni;

sa fejn huwa meħtieġ, tannulla d-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilment tagħhom, li huma identiċi, ippreżentati kontra d-deċiżjonijiet ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tagħhom;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.