Rikors ippreżentat fil-5 ta' Ottubru 2012 - Trefilerías Quijano vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-439/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Trefilerías Quijano, SA (Los Corrales de Buelna, Spanja) (rappreżentanti: F. González Díaz u P. Herrero Prieto, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla, skont l-Artikolu 264 TFUE, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-25 ta' Lulju 2012 fil-Każ COMP/38.344 - Azzar għall-Prestressing;
titlob lill-Kummissjoni, skont l-Artikoli 24 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u 64(3)(d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li tipprduċi d-dokumenti, il-kalkoli u l-punti l-oħra ta' fatt u/jew ta' liġi li fuqhom ibbażat ruħha sabiex tilqa' t-talbiet li jinvokaw l-assenza ta' kapaċità kontributtiva ta' Proderac, ta' CB, ta' ITAS, ta' OriMartin, ta' Siderúrgica Latina Martin u/jew sabiex taċċetta tnaqqis tal-ammont tal-multa ta' ArcelorMittal;
fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-allegazzjonijiet prinċipali huma l-istess bħal dawk tal-Kawża T-438/12, Global Street Wire vs Il-Kummissjoni.
____________