Rikors ippreżentat fl-24 ta' Jannar 2013 - Türkiye Garanti Bankasi vs UASI - Card & Finance Consulting (bonus&more)
(Kawża T-33/13)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Türkiye Garanti Bankasi AS (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentant: J. Güell Serra, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Card & Finance Consulting GmbH (Nürnberg, il-Ġermanja)
Talbiet
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "bonus&more", għal servizzi fil-klassijiet 35, 36, 38, 41 u 42 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 037 251
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: Ir-reġistrazzjoni Internazzjonali tat-trade mark figurattiva "bonusnet", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 36, 38 u 42 - Reġistrazzjoni Internazzjonali Nru 931 921
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ u oppożizzjoni miċħuda
Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
____________