Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta' Mejju 2012 - Olive Line International vs UASI - Umbria Olii International (O•LIVE )

(Kawża T-273/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva O·LIVE - Trade mark Komunitarja u trade marks Spanjoli figurattivi u verbali preċedenti Olive line - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Olive Line International, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Umbria Olii International Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: E. Montelione, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta' April 2010 (Każ R 4/2009-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Olive Line International, SL u O. International Srl.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-14 ta' April 2010 (Każ R 4/2009-4) hija annullata sa fejn tikkonċerna, minn naħa, il-prodotti kollha koperti mill-applikazzjoni għal trade mark li jaqgħu fil-klassi 3, jiġifieri, il-"preparazzjonijiet għall-ibbliċjar u sustanzi oħra għall-ħasil tal-ħwejjeġ; prodotti għat-tindif, għall-illustrar, għat-tneħħija ta' xaħmijiet u prodotti li joborxu; sapun; fwejjaħ; żjut essenzjali; prodotti kożmetiċi; lozjonijiet għax-xagħar; dentifriċi", u, min-naħa l-oħra, is-"servizzi iġjeniċi u għall-kura tal-estetika għall-bnedmin u l-annimali", koperti mill-applikazzjoni għal trade mark u li jaqgħu fil-klassi 44.

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

L-UASI u Umbria Olii International Srl huma kkundannati jbatu tliet kwarti mill-ispejjeż tagħhom kif ukoll, kull wieħed minnhom, tliet partijiet minn tmienja tal-ispejjeż ta' Olive Line International, SL.

Olive Line International, SL hija kkundannata tbati, minbarra kwart mill-ispejjeż tagħha, kwart mill-ispejjeż tal-UASI u ta' Umbria Olii International Srl.

____________

1 - ĠU C 221, 14.08.2010.