Language of document : ECLI:EU:T:2012:246





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Mejju 2012 — Olive Line International vs UASI — Umbria Olii International (O·LIVE)

(Kawża T‑273/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva O•LIVE — Trade marks Komunitarja u Spanjoli figurattivi u verbali preċedenti Olive line — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 40-42, 76-83)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ April 2010 (Każ R 4/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Olive Line International, SL u O. International Srl.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-14 ta’ April 2010 (Każ R 4/2009-4) hija annullata sa fejn tikkonċerna, minn naħa, il-prodotti kollha koperti mill-applikazzjoni għal trade mark li jaqgħu fil-klassi 3, jiġifieri, il-“preparazzjonijiet għall-ibbliċjar u sustanzi oħra għall-ħasil tal-ħwejjeġ; prodotti għat-tindif, għall-illustrar, għat-tneħħija ta’ xaħmijiet u prodotti li joborxu; sapun; fwejjaħ; żjut essenzjali; prodotti kożmetiċi; lozjonijiet għax-xagħar; dentifriċi”, u, min-naħa l-oħra, is-“servizzi iġjeniċi u għall-kura tal-estetika għall-bnedmin u l-annimali”, koperti mill-applikazzjoni għal trade mark u li jaqgħu fil-klassi 44.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-UASI u Umbria Olii International Srl huma kkundannati jbatu tliet kwarti mill-ispejjeż tagħhom kif ukoll, kull wieħed minnhom, tliet partijiet minn tmienja tal-ispejjeż ta’ Olive Line International, SL.

4)

Olive Line International, SL hija kkundannata tbati, minbarra kwart mill-ispejjeż tagħha, kwart mill-ispejjeż tal-UASI u ta’ Umbria Olii International Srl.