Appell ippreżentat fit-18 ta’ April 2022 minn QI, QJ, QL, QM, QN, QP, QQ, QT, QU, QW, QX mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (it-Tielet Awla) fid-9 ta’ Frar 2022 fil-Kawża T-868/16, QI et vs Il-Kummissjoni u BĊE
(Kawża C-262/22 P)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: QI, QJ, QL, QM, QN, QP, QQ, QT, QU, QW, QX (rappreżentanti: S. Pappas, A. Pappas, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bank Ċentrali Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kunsill Ewropew, QK, QO, QR, QS, QV
Talbiet
L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
tannulla s-sentenza appellata;
tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali;
tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż rispettivi tagħhom u għal dawk tal-appellanti ta’ din il-proċedura.
Aggravji u argumenti prinċipali
B’dan l-appell, l-appellanti jitolbu bir-rispett li l-Qorti tal-Ġustizzja teżamina s-sentenza appellata mill-ġdid u tannullaha, billi jinvokaw żewġ aggravji:
L-ewwel aggravju bbażat fuq eżami insuffiċjenti mill-Qorti Ġenerali tat-tielet eċċezzjoni ta’ illegalità tar-rikors, ibbażat fuq ksur suffiċjentement serju tad-dritt għall-proprjetà żgurat mill-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Min-naħa tiegħu, dan l-eżami mhux xieraq irriżulta fl-applikazzjoni ħażina u fil-ksur tad-dritt għall-proprjetà tal-appellanti.
It-tieni aggravju bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità mill-Qorti Ġenerali.
____________