Language of document : ECLI:EU:T:2013:502





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2013 —
Tilly‑Sabco vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑397/13 R)

“Miżuri provviżorji — Agrikoltura — Ħlas lura tal-esportazzjoni — Laħam tat-tjur — Regolament li jistabbilixxi l-ħlas lura b’rata żero — Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza — Ibbilanċjar tal-interessi”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Natura kumulattiva — Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikolu 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 16-18)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Oneru tal-prova — Dannu finanzjarju — Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti — Evalwazzjoni fir-rigward tas-sitwazzjoni ta’ grupp ta’ appartenenza tal-impriża (Artikolu 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 24, 26, 40, 41)

3.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet kweżiti — Limiti — Emenda tal-leġiżlazzjoni dwar organizzazzjoni komuni tas-swieq — Emenda prevedibbli minn operatur ekonomiku prudenti u avżat — Inapplikabbiltà (Artikolu 39 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikolu 162(1) u 164(2)) (ara l-punti 28-32, 37)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Teħid inkunsiderazzjoni tan-nuqqas ta’ diliġenza tar-rikorrent (Artikolu 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 31-34)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli għar-rikorrent — Preġudizzju għal interess ta’ dan tal-aħħar — Preġudizzju għall-interess tal-impjegati tal-kumpannija rikorrenti — Esklużjoni (Artikolu 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 44)

6.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni — Regolament li jistabbilixxi l-ħlas lura tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur — Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni sabiex tannulla l-att kemm jista’ jkun malajr wara l-iskadenza tat-terminu għall-preżentata tal-appell — Interess tar-rikorrenti li ma jistax jiġi protett mill-imħallef għal miżuri provviżorji (Artikolu 278 TFUE u 279 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 60; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 107(3), Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 360/2013 u Nru 689/2013, Artikolu 2) (ara l-punti 47-50)

Suġġett

Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 689/2013, tat-18 ta’ Lulju 2013, li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU L 196, p. 13).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.