Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2016 – Tilly-Sabco vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-397/13) 1

(“Agrikoltura Ħlas lura fuq l-esportazzjoni Laħam tat-tjur Regolament ta’ implementazzjoni li jistabbilixxi l-ħlas lura b’rata ta’ żero euro — Rikors għal annullament Att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ implementazzjoni Interess dirett Ammissibbiltà Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 Obbligu ta’ motivazzjoni Artikolu 164(3), tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 Aspettattivi leġittimi”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Tilly-Sabco (Guerlesquin, Franza) (rappreżentanti: R. Milchior, F. Le Roquais u S. Charbonnel, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u K. Skelly, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Doux SA (Châteaulin, Franza) (rappreżentant: J. Vogel, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 689/2013, tat-18 ta’ Lulju 2013 li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU L 196, p. 13)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Tilly-Sabco għandha tbati l-ispejjeż tagħha, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

Doux SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif sostnuti bħala intervenjenti fil-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1 ĠU C 291, 5.10.2013.