Language of document :

Appell ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2021 minn Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-20 ta’ Jannar 2021 fil-Kawża T-328/17 RENV, Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs EUIPO – M. J. Dairies (BBQLOUMI)

(Kawża C-201/21 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi (rappreżentanti: S. Malynicz QC, S. Baran, Barrister, V. Marsland, Solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), M. J. Dairies EOOD

B’ordni tal-21 ta’ Mejju 2021 tal-Viċi President, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-appell huwa miċħud bħala inammissibbli u li Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________