Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Settembru 2011 - Regione Puglia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-223/10)1

("FEŻR - Tnaqqis ta' għajnuna finanzjarja - Irtirar tan-nota ta' debitu kkontestata - Tmiem tas-suġġett tal-kawża - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Regione Puglia (Bari, l-Italja) (rappreżentanti: F. Brunelli u A. Aloia, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Prete u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tan-Nota ta' debitu Nru 3241001630, tas-26 ta' Frar 2010, dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 10350, tat-22 ta' Diċembru 2009, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna ekonomika mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), bl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2000) 2349, tat-8 ta' Awwissu 2000, favur il-programm operattiv POR Puglia, għall-perijodu 2000 - 2006, abbażi tal-Objettiv Nru 1.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha fir-rigward tal-kawża preżenti u Regione Puglia għandha tbati l-ispejjeż marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1 - ĠU C 179, 03.07.2010.