Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fl-4 ta’ Ġunju 2021 – Proċeduri kriminali kontra HYA et

(Kawża C-349/21)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

HYA et

Domanda preliminari

Il-qari flimkien tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15(1), tal-Artikolu 5(1) u tal-premessa 11 tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika 1 jippermetti prassi tal-qrati nazzjonali fi proċeduri kriminali, li permezz tagħha l-qorti tawtorizza s-sorveljanza, ir-reġistrazzjoni u l-ħażna ta’ konversazzjonijiet telefoniċi ta’ persuni suspettati permezz ta’ mudell ġenerali ta’ test imfassal minn qabel li fih huwa sempliċement affermat, mingħajr ebda individwalizzazzjoni, li d-dispożizzjonijiet legali huma osservati?

Fil-każ ta’ risposta negattiva, jikkostitwixxi ksur tad-dritt tal-Unjoni, jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiġi interpretata fis-sens li l-informazzjoni rċevuta wara tali awtorizzazzjoni tintuża sabiex tiġi pprovata l-akkuża?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514.