Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Marzu 2015 – Reha Training Gesellschaft für Sport- und Unfallrehabilitation mbH vs Gesellschaft für musikalische Aufführungs- und mechanische Vervielfältigungsrechte (GEMA)

(Kawża C-117/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Reha Training Gesellschaft für Sport- und Unfallrehabilitation mbH

Konvenuta: Gesellschaft für musikalische Aufführungs- und mechanische Vervielfältigungsrechte (GEMA)

Domandi preliminari

Il-kwistjoni tal-eżistenza ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 1 u/jew fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 2 , għandha dejjem tiġi ddeterminata skont l-istess kriterji, jiġifieri:

utent jaġixxi b’għarfien sħiħ tal-konsegwenzi tal-atti tiegħu sabiex jagħmel xogħol protett aċċessibbli għal terzi li, altrimenti, ma kienx ikollhom aċċess għalih;

“pubbliku” tfisser numru indeterminat ta’ riċevituri potenzjali ta’ provvista, numru li, barra minn hekk, għandu jkun pjuttost kunsiderevoli, fejn in-natura indeterminata tkun preżunta meta jkunu involuti “persuni b’mod ġenerali”, u għalhekk mhux persuni li jagħmlu parti minn grupp privat, filwaqt li “numru ta’ persuni pjuttost kunsiderevoli” jippreżumi li jinqabeż ċertu livell minimu, kriterju li ma jkunx issodisfatt meta n-numru tal-persuni kkonċernati jkun żgħir wisq jew saħansitra insinjifikattiv. F’dan il-kuntest, ma huwiex rilevanti biss in-numru ta’ persuni li jkollhom aċċess għall-istess xogħol simultanjament iżda wkoll in-numru ta’ persuni li jkollhom aċċess suċċessivament għal dan ix-xogħol;

ikun involut pubbliku ġdid, li lilu jkun ikkomunikat ix-xogħol, jiġifieri pubbliku li l-awtur tax-xogħol ma kienx ħa inkunsiderazzjoni meta awtorizza l-użu tiegħu fil-forma ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku, sakemm il-komunikazzjoni sussegwenti ma titwettaqx skont proċedura teknika speċifika li tkun distinta minn dik tal-komunikazzjoni inizjali, u

il-fatt li l-użu kkonċernat jitwettaq għal skopijiet ta’ lukru u, barra minn hekk, li l-pubbliku jkun jixtieq jirċievi din il-komunikazzjoni u ma jkunx sempliċement irċeviha b’mod mhux intenzjonat, ma huwiex irrilevanti iżda ma huwiex kundizzjoni neċessarja għal komunikazzjoni lill-pubbliku?

F’każijiet bħal dak fil-kawża prinċipali, fejn l-operatur ta’ ċentru ta’ riabilitazzjoni jinstalla fil-bini tiegħu apparati ta’ televiżjoni, li jittrażmettilhom sinjal li jippermetti r-riċezzjoni ta’ emissjonijiet ta’ televiżjoni, għandha tiġi evalwata l-kwistjoni ta’ jekk hemmx komunikazzjoni lill-pubbliku skont il-kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” li jinsab fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 jew fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115, meta l-emissjonijiet li r-riċezzjoni tagħhom tkun saret possibbli jaffettwaw id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet protetti ta’ numru kbir ta’ partijiet ikkonċernati, b’mod partikolari kompożituri, awturi ta’ testi mużikali u edituri ta’ mużika, kif ukoll artisti li jinterpretaw jew idoqqu mużika, produtturi ta’ fonogrammi u awturi ta’ testi kif ukoll l-edituri tagħhom?F’każijiet bħal dak fil-kawża prinċipali, fejn l-operatur ta’ ċentru ta’ riabilitazzjoni jinstalla fil-bini tiegħu apparat ta’ televiżjoni, li jittrażmettilhom sinjal li jippermetti r-riċezzjoni ta’ emissjonijiet ta’ televiżjoni b’tali mod li l-pazjenti tiegħu jkunu jistgħu jaraw dawn l-emissjonijiet, ikun hemm “komunikazzjoni lill-pubbliku” fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 jew fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115?Meta, f’każijiet bħal dak fil-kawża prinċipali, tiġi rrikonoxxuta l-eżistenza ta; komunikazzjoni lill-pubbliku f’dan is-sens, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonferma l-ġurisprudenza tagħha fis-sens li, fil-każ ta’ komunikazzjoni ta’ fonogrammi protetti fil-kuntest ta’ emissjonijiet ta’ xandir indirizzati lil pazjenti fi klinika ta’ dentist (ara s-sentenza tal-15 ta’ Marzu 2012, C-135/10, SCF  ) jew

fi stabbilimenti oħra simili, ma jkunx hemm komunikazzjoni lill-pubbliku?

____________

____________

1 Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230). Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar dritt