Language of document : ECLI:EU:T:2023:102


 


 



Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal1 ta’ Marzu 2023 –
Mazepin vs Il-Kunsill

(Kawża T743/22 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-azzjonijiet tar-Russja li jikkompromettu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Talba għal miżuri provviżorji – Fumus boni juris – Urġenza – Ibbilanċjar tal-interessi”

1.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa ta’ evalwazzjoni tal-Imħallef għal miżuri provviżorji

(Artikoli 256(1), 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4)(c))

(ara l-punti 20 sa 23)

2.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Eżami prima facie tal-motivi invokati insostenn tar-rikors prinċipali – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-azzjonijiet tar-Russja li jikkompromettu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina – Motivi li jirrigwardaw żball ta’ evalwazzjoni tal-Kunsill – Motivi li prima facie ma humiex infondati

(Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/1530, Anness; ir-Regolamenti tal-Kunsill Nri 269/2014 u 2022/1529, Anness)

(ara l-punti 26, 27, 48 sa 52, 58 sa 62, 63)

3.      Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Portata tal-istħarriġ

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/1530; Anness; Regolamenti tal-Kunsill Nri 269/2005 u 2022/1529, Anness)

(ara l-punt 38)

4.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova li jaqa’ fuq il-parti li titlob il-miżura provviżorja

(Artikoli 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4)(c))

(ara l-punt 64)

5.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi – Negozjanti ewlenin li għandhom attività f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali tad-dħul tal-gvern tal-Federazzjoni Russa u persuni assoċjati magħhom – Prevalenza tal-interess tar-rikorrent li jinnegozja r-reklutaġġ tiegħu, jipparteċipa fil-kampjonati li ġejjin tal-isport tal-karozzi u jkompli l-karriera professjonali tiegħu meta mqabbel ma’ dak tal-Kunsill

(Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 151(2) u Artikolu 156(4); Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/1530, Anness; Regolamenti tal-Kunsill Nri 269/2014 u 2022/1529, Anness)

(ara l-punti 86, 92 sa 100)

Dispożittiv

1)

Hija sospiża l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530 tal‑14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 tal‑14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u tal-att tal-Kunsill tal‑15 ta’ Settembru 2022 li jżomm ismu fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi suġġetti għal miżuri restrittivi skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas‑17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, kif emendata, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014, tas‑17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, kif emendat, sa fejn isem N. Mazepin inżamm fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi u biss sa fejn dan ikun meħtieġ sabiex ikun jista’ jinnegozja r-reklutaġġ tiegħu bħala sewwieq professjonali tal-Formula 1 jew bħala sewwieq f’kampjonati oħra tal-isport tal-karozzi li jsiru wkoll jew biss fit-territorju tal-Unjoni, kif ukoll biex jieħu sehem fil-Grand Prix, provi, taħriġ u sessjonijiet liberi tal-Formula 1 u fil-kampjonati l-oħra, tlielaq, taħriġ u sessjonijiet liberi tal-isport tal-karozzi li jseħħu fit-territorju tal-Unjoni. Għal dan il-għan N. Mazepin huwa permess biss li, l-ewwel, jidħol fit-territorju tal-Unjoni sabiex jinnegozja u jikkonkludi ftehimiet ma’ tim tat-tlielaq jew ma’ sponsors li ma humiex relatati mal-attivitajiet ta’ N. Dmitry Arkadievich Mazepin jew relatati ma’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li isimhom jidher fil-listi inklużi fl-anness tad-Deċiżjoni 2014/145 u tar-Regolament Nru 269/2014, it-tieni, li jidħol fit-territorju tal-Unjoni sabiex jipparteċipa bħala sewwieq titulari jew ta’ riżerva fil-kampjonati tal-Formula 1 tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Karozzi (FIA) jew f’kampjonati oħra, f’taħriġ, provi, jew sessjonijiet liberi, anki bil-għan li jikseb it-tiġdid tas-Super Liċenzja tiegħu, it-tielet, jidħol fit-territorju tal-Unjoni sabiex jgħaddi mill-eżamijiet mediċi imposti mill-FIA jew mit-tim tat-tlielaq tiegħu, ir-raba’, jidħol fit-territorju tal-Unjoni sabiex jieħu sehem f’attivitajiet ta’ tlielaq, sponsorizzazzjoni u promozzjonali fuq talba tat-tim tat-tlielaq tiegħu jew tal-isponsors tiegħu, il-ħames, jiftaħ kont bankarju li fih jistgħu jitħallsu lilu salarju, bonuses, benefiċċji tat-tim tat-tlielaq tiegħu u kontribuzzjonijiet finanzjarji minn sponsors aċċettati mit-tim tiegħu u, is-sitt, juża l-kont bankarju u karta ta’ kreditu biss sabiex ikopri l-ispejjeż li jippermettu lil sewwieq professjonali jivvjaġġa fit-territorju tal-Unjoni, jinnegozja u jikkonkludi ftehimiet ma’ tim tat-tlielaq jew ma’ sponsors u jipparteċipa f’kampjonati, Grand Prix, tlielaq, taħriġ, provi jew sessjonijiet liberi fl-Istati Membri tal-Unjoni. F’każ ta’ reklutaġġ bħala sewwieq tal-Formula 1 jew bħala sewwieq għal kampjonati oħra tal-isport tal-karozzi li jseħħu wkoll jew biss fit-territorju tal-Unjoni, N. Mazepin għandu jobbliga ruħu li jtellaq taħt bandiera newtrali u li jiffirma l-impenn tas-sewwieqa mitlub mill-FIA għal dan il-għan.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.