Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2016 – TestBio Tech et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-177/13)1

(“Ambjent – Prodotti ġenetikament modifikati – Sojja ġenetikament modifikata MON 87701 x MON 89788 – Talba għal eżami intern mill-ġdid tad-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq miċħuda bħala infondata – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: TestBio Tech eV (Munich, il-Ġermanja), European Network of Scientists for Social and Environmental Responsibility eV (Braunschweig, il-Ġermanja), Sambucus eV (Vahlde, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Smith, QC u J. Stevenson, barrister)

Konvenuta: Il-Kummisjsoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn C. Cattabriga u P. Oliver, sussegwentement minn C. Cattabriga u L. Flynn u finalment minn C. Cattabriga, L. Flynn u C. Valero, aġenti)

Partijiet konvenuti insostenn tal-parti konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment minn E. Jenkinson u L. Christie, sussegwentment minn L. Christie, u finalment minn S. Brandon, aġenti, assistiti minn J. Holmes, barrister), Autorité européenne de sécurité des aliments (EFSA) (rappreżentanti: D. Detken u S. Gabbi, aġenti) u Monsanto Europe (Antwepen, il-Belġju) u Monsanto Company (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Pittie, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-8 ta’ Jannar 2013, dwar l-eżami intern mill-ġdid tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Ġunju 2012, li tawtorizza l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mis-sojja MON 87701 × MON 89788 (MON-877Ø1-2 × MON-89788-1) ġenetikament modifikata skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2012, L 171, p. 13).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

TestBioTech eV, European Network of Scientists for Social and Environmental Responsibility eV u Sambucus eV għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 178, 22.6.2013