Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2019 – Deutsche Post vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-388/11) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Qasam postali – Finanzjament tal-ispejjeż addizzjonali ta’ salarji u tal-ispejjeż ta’ natura soċjali li jirrigwardaw parti mill-persunal ta’ Deutsche Post permezz ta’ sussidji u ta’ allokazzjoni ta’ dħul mir-remunerazzjoni tas-servizzi b’tariffi rregolati – Deċiżjoni li tiġi estiża l-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Deċiżjoni li tikkonstata l-eżistenza ta’ għajnuna ġdida wara l-fażi ta’ investigazzjoni preliminari – Rikors għal annullament – Att li jista’ jiġi kkontestat – Interess ġuridiku – Ammissibbiltà – Konsegwenzi tal-annullament tad-deċiżjoni finali – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Post AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Sedemund, T. Lübbig u M. Klasse, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan, T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

Intervenjenti, insostenn tal-konvenuta: UPS Europe SPRL/BVBA, li kienet UPS Europe NV/SA (Brussell, il-Belġju); u United Parcel Service Deutschland Sàrl & Co. OHG, li kienet UPS Deutschland Inc. & Co. OHG (Neuss, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment T. Ottervanger u E. Henny, sussegwentement T. Ottervanger u fl-aħħar nett R. Wojtek, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 3081 final tal-10 ta’ Mejju 2011, li testendi l-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE, f’dak li jirrigwarda l-Għajnuna mill-Istat C 36/07 (ex NN 25/07) mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja lil Deutsche Post, li sommarju tagħha ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2011, C 263, p. 4),

Dispożittiv

L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà hija miċħuda.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2011) 3081 final tal-10 ta’ Mejju 2011 li testendi l-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE, f’dak li jirrigwarda l-Għajnuna mill-Istat C 36/07 (ex NN 25/07) mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja lil Deutsche Post, hija annullata.

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk esposti minn Deutsche Post AG.

UPS Europe SPRL/BVBA u United Parcel Service Deutschland Sàrl & Co. OHG għandhom kull waħda minnhom tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1     ĠU C 282, 24.9.2011.