Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – Cullado Martorell vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-506/12 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Reklutaġġ – Kompetizzjoni ġenerali għall-kostituzzjoni ta’ lista ta’ riżerva ta’ ġuristi lingwisti bil-lingwa Spanjola – Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li tikkonferma li l-appellanti ma għaddietx mill-aħħar eżami bil-miktub u li tiċħad l-ammissjoni tagħha għall-eżami orali – Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal – Ammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza – Obbligu ta’ motivazzjoni – Rifjut ta’ komunikazzjoni lir-rikorrenti tal-eżamijiet bil-miktub ikkoreġuti – Aċċess għad-dokumenti”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Eva Cuallado Martorell (Valence, Spanja) (rappreżentanti: C. Pinto Cañón, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Settembru 2012, Cuallado Martorell vs Il-Kummissjoni (F-96/09, ĠabraSP, EU:F:2012:129), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.DispożittivIs-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Settembru 2012, Cuallado Martorell vs Il-Kummissjoni (F-96/09, ĠabraSP, EU:F:2012:129), hija annullata sa fejn din tiddikjara r-rikors inammissibbli sa fejn dan jirrigwarda l-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta l-ammissjoni tal-appellanti għall-eżami orali u, konsegwentement, l-inklużjoni ta’ isimha fil-lista ta’ riżerva.Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.L-ispejjeż huma rriżervati.

____________

1 ĠU C 135, 5.5.2014.