Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice Business and Property Courts of England and Wales (Ir-Renju Unit) fit-22 ta’ Diċembru 2020 – London Steam-Ship Owners’ Mutual Insurance Association Limitied vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-700/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice Business and Property Courts of England and Wales

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: London Steam-Ship Owners’ Mutual Insurance Association Limited

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

Domandi preliminari

Minħabba n-natura tal-kwistjonijiet li l-qorti nazzjonali għandha tikkunsidra meta tiddeċiedi jekk tagħtix sentenza li tinkorpora t-termini ta’ deċiżjoni ta’ arbitraġġ skont l-Artikolu 66 tal-Arbitration Act 1996 (il-Liġi dwar l-Arbitraġġ tal-1996), sentenza mogħtija skont dik id-dispożizzjoni tista’ tikkostitwixxi “sentenza” tal-Istat Membru li fih jintalab ir-rikonoxximent għall-finijiet tal-Artikolu 34(3) tar-Regolament KE Nru 44/2001 1  ?

Minħabba li sentenza li tinkorpora t-termini ta’ deċiżjoni ta’ arbitraġġ, bħal dik mogħtija taħt l-Artikolu 66 tal- Liġi dwar l-Arbitraġġ tal-1996, hija deċiżjoni li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tar-Regolament Nru 44/2001 bħala riżultat tal-eċċezzjoni ta’ arbitraġġ prevista fl-Artikolu 1(2)(b), tali sentenza tista’ tikkostitwixxi “sentenza” rilevanti tal-Istat Membru li fih jintalab ir-rikonoxximent għall-finijiet tal-Artikolu 34(3) tar-Regolament?

Fl-ipoteżi fejn l-Artikolu 34(3) tar-Regolament Nru 44/2001 ma japplikax u jekk ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenza ta’ Stat Membru ieħor imorru kontra l-ordni pubbliku intern fuq il-bażi li din is-sentenza tikser il-prinċipju tal-awtorità ta’ res judicata minħabba deċiżjoni ta’ arbitraġġ interna preċedenti jew sentenza preċedenti rreġistrata fit-termini tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ mogħtija mill-qorti tal-Istat Membru li fih jintalab ir-rikonoxximent, huwa permissibbli li wieħed jinvoka l-Artikolu 34(1) tar-Regolament Nru 44/2001 bħala raġuni għar-rifjut ta’ rikonoxximent jew infurzar jew l-Artikolu 34(3) u (4) tar-regolament jipprevedi b’mod eżawrjenti r-raġunijiet li għalihom l-awtorità tar-res judicata u/jew in-natura irrikonċiljabbli tista’ tipprekludi r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenza fis-sens tal-imsemmi regolament?

____________

1     Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).