Language of document : ECLI:EU:T:2016:498





tmilcjeSentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Settembru 2016 –
European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs EIT

(Kawża T-481/14)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Provvista ta’ servizzi dwar l-iżvilupp ta’ pjattaforma ta’ ġestjoni tal-informazzjoni u tal-għarfien – Servizzi ta’ żvilupp ta’ softwer u ta’ manteniment ta’ disponibbiltà u ta’ effettività ta’ servizzi tal-informatika – Rifjut li l-offerta ta’ offerent tiġi kklassifikata fl-ewwel pożizzjoni – Kriterji ta’ selezzjoni – Kriterji ta’ għoti –Obbligu ta’ motivazzjoni – Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni – Aċċess għal dokumenti – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”

1.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Għoti ta’ kuntratti – Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament – Kriterji ta’ għoti – Osservanza tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti u ta’ trasparenza – Iffissar sussegwenti mill-awtorità kontraenti tal-koeffiċjenti ta’ kunsiderazzjoni għas-subkriterji tal-kriterji ta’ attribuzzjoni previsti fl-ispeċifikazzjonijiet jew fl-avviż ta’ kuntratt – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikoli 102(1), 105 u 113; Regolament tal-Kummissjoni Nru 1268/2012, Artikoli 138(3) u 149(3)) (ara l-punti 35, 40-42, 46, 49, 55)

2.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Għoti ta’ kuntratti – Kriterji ta’ għoti – Metodu ta’ evalwazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-awtorità kontraenti – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikoli 102(1)u 110(2)) (ara l-punti 60-65, 80)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta – Obbligu, għall-awtorità kontraenti, li tikkomunika, wara talba bil-miktub, il-karatteristiċi u l-vantaġġi fir-rigward tal-offerta magħżula kif ukoll isem l-offerent li ngħata l-kuntratt – Obbligu li jiġi pprovdut ta’ sunt iddettaljat tat-teħid inkunsiderazzjoni ta’ kull dettall tal-offerta li ma ntgħażlitx skont l-evalwazzjoni tagħha jew analiżi komparattiva ddettaljata tal-offerta magħżula u tal-offerta tal-offerent li ma ntgħażilx – Assenza (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikolu 113(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1268/2012, Artikolu 161) (ara l-punti 71, 81-83, 104, 423, 477)

4.                     Evalwazzjoni komparattiva tal-karatteristiċi u merti partikolari tal-offerti individwali – Applikazzjoni ta’ kriterju intiż għall-evalwazzjoni tal-kapaċità tal-kandidati li jeżegwixxu kuntratt matul il-fażi tal-għoti tal-kuntratt – Inammissibbiltà (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikoli 110(1); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1268/2012, Artikoli 148(1) u 149(2)) (ara l-punti 252-256)

5.                     Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Deċiżjoni li tiċħad lil offerent li ma ntagħżilx il-komunikazzjoni tal-lista tal-membri tal-kumitat ta’ evalwazzjoni – Informazzjoni tal-parti kkonċernata dwar il-possibbiltà ta’ tressiq ta’ applikazzjoni konfermatorja għall-aċċess għad-dokumenti – Esklużjoni (Artikolu 263 TFUE ; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 8(1)) (ara l-punti 449, 450, 452-454)

6.                     Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Risposta minn istituzzjoni, fil-kapaċità tagħha ta’ awtorità kontraenti, għal applikazzjoni ta’ informazzjoni addizzjonali mressqa minn offerent li ma ntgħażilx dwar deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt – Esklużjoni (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikolu 113(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1268/2012, Artikolu 161) (ara l-punt 456)

7.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Formulazzjoni mhux ekwivoka tat-talbiet tar-rikorrent [Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikolu 44(1)(c) u (d)] (ara l-punti 459-461)

8.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340, TFUE) (ara l-punti 464, 465)

9.                     Proċedura ġudizzjarja – Miżuri istruttorji – Talba għall-produzzjoni ta’ dokumenti – Possibbiltà għall-qorti tal-Unjoni li tordna l-produzzjoni ta’ dokument li diġà ġie prodott wara miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura – Esklużjoni [Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (2015), Artikoli 91(b) u 92(3)] (ara l-punti 470, 471)

10.                     Proċedura ġudizzjarja – Talba għal trattament kunfidenzjali – Possibbiltà li jiġi invokat trattament kunfidenzjali ta’ dokumenti, fir-rigward ta’ parti prinċipali oħra, imressqa wara miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura – Esklużjoni [Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (2015), Artikoli 65 u 103] (ara l-punt 472)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, b’mod partikolari, tad-deċiżjoni tal-EIT tal-14 ta’ April 2014 li tikklassifika l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti li tikkonċerna servizzi tal-informatika u servizzi relatati fit-tieni pożizzjoni, kif ukoll tal-ittra tal-EIT tal-25 ta’ April 2014, li permezz tagħha dan irrifjuta li jikkomunika l-ismijiet tal-membri tal-kumitat ta’ evalwazzjoni u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE intiża li jinkiseb kumpens għal dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

European Dynamics Luxembourg SA u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE huma kkundannati għall-ispejjeż.