Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Prysmian u Prysmian cavi e sistemi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-475/14) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Ksur uniku u kontinwat – Illegalità tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni – Terminu raġonevoli – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prinċipju ta’ responsabbiltà personali – Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa – Prova suffiċjenti tal-ksur – Tul tal-ksur – Multi – Proporzjonalità – Ugwaljanza fit-trattament – Ġurisdizzjoni sħiħa”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Prysmian SpA (Milano, l-Italja) u Prysmian Cavi e Sistemi Srl (Milano) (rappreżentanti : C. Tesauro, F. Russo, L. Armati u M. C. Toniolo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Giolito, L. Malferrari, P. Rossi u H. van Vliet, sussegwentement C. Giolito, P. Rossi u H. van Vliet, aġenti, assistiti minn S. Kingston, barrister)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: The Goldman Sachs Group, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: W. Deselaers, J. Koponen u A. Mangiaracina, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Pirelli & C. SpA (Milano) (rappreżentanti: M. Siragusa, G. Rizza, P. Ferrari, F. Moretti u A. Fava, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2139 finali tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuqhom.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Prysmian SpA u Prysmian Cavi e Sistemi Srl għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

____________

1     ĠU C 315, 15.9.2014.